Veru? Ħa naraw x'għamlu b'Malta tiegħek.
Jgħidulek "Int Malta". imma fl-aħħar 13-il sena, biegħu l-passaporti tiegħek, taw l-isptarijiet lil barranin, ħarsu lill-korrotti, u ġabu lil Malta fuq il-lista griża internazzjonali. Robert Abela kompla fejn ħalla Muscat . attakka l-imħallfin, ħeba l-assi tal-ministri, u għalaq il-bibien għall-accountability. Din hi l-istorja li ma jridux jgħidulek.
Mhux biss 13-il sena ta' skandli. anki l-kampanja elettorali nnifisha mimlija b'illegalitajiet, wegħdiet irriċiklati, u abbuż ta' poter. Dan qed jiġri issa stess.